Merħba fl-Uffiċċju
tal-Kummissarju għat-Tfal​

L-Uffiċċju jippromwovi l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal li jiffoka fuq: il-protezzjoni tat-tfal, il-provediment tas-servizzi neċessarji għat-tfal, kif ukoll il-parteċipazzjoni tat-tfal.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ġie mwaqqaf skont it-termini hekk kif imniżżla fl-Att Dwar il-Kummissarju għat-Tfal tal-2003, sabiex jippromwovi il-benesseri tat-tfal u li jkun hemm konformità mal-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda Dwar id-Drittijiet tat-Tfal, hekk kif ratifikata minn Malta fis-26 ta’ Jannar tal-1990. Dan jgħodd ukoll għal kwalunkwe tip ta’ trattati internazzjonali, konvenzjonijiet u arranġamenti li għandhom x’jaqsmu mat-tfal, hekk kif inhuma jew kif jiġu ratifikati jew aċċettati minn Malta.

Ix-xogħol tal-Uffiċċju jiffoka fuq: il-protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal, li jassikura lit-tfal ikollhom dawk is-servizzi neċessarji għalihom, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħhom speċjalment f’temi li jolqtuhom direttament. L-Uffiċċju jaħdem billi jkun punt ta’ referenza li jsegwi b’reqqa is-sitwazzjoni soċjali u kulturali fejn jidħlu t-tfal, sabiex jgħin b’mod sostanzjali fil-ko-ordinazzjoni ta’ ħidma li hija neċessarja f’oqsma differenti sabiex din tkun iffukata primarjament fuq il-ħtigijiet tat-tfal.

children

Tfal u Żgħażagħ

female

AĦBARIJIET

open-book

PUBBLIKAZZJONIJIET

AĦBARIJIET

Midja soċjali

Fid-dar, fl-iskola u fuq il-post tax-xogħol, ir-relazzjonijiet b’saħħithom irridu naħdmu għalihom ilkoll....#HealthyRelationships #BeatTheSilenceCommission on Gender-Based Violence & Domestic Violence National Commission for the Promotion of Equality ... See MoreSee Less
View on Facebook
Yesterday the Office started a series of workshops with year 8 students in collaboration with Positive Parenting Malta During these workshops we are discussing healthy relationships as part of the #16DaysOfActivism against gender-based violence!...#BeatTheSilence #Respect #ChildrensRightsSt Benedict College - Office of the Head College Network St Ignatius College Ħandaq Middle School ... See MoreSee Less
View on Facebook
Il-komunikazzjoni hija l-funzjoni ewlenija f’relazzjoni b’saħħitha...#HealthyRelationships #BeatTheSilenceNational Commission for the Promotion of Equality Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence ... See MoreSee Less
View on Facebook
Qatt ikkunsidrajt għaliex huwa importanti li tkun taf id-drittijiet tiegħek? 🤔 Ejja naraw:🌈 Tkun Sikur: Li tkun taf id-drittijiet tiegħek jgħinek tagħraf meta għandek tfittex l-għajnuna. 🚀Issemma l-Vuċi: Id-drittijiet tiegħek juruk li l-vuċi tiegħek hija importanti u għandha tinstema.🎉 Ħu gost: Id-drittijiet tiegħek jinkludu l-jedd li tkun kuntent u tgawdi t-tfulija tiegħek. Mela ilgħab, esplora, u kun ferħan!Li tkun taf id-drittijiet tiegħek hija l-aħħar parti li tgħaqqad id-drittijiet kollha sabiex dawn isiru realta’. Id-drittijiet huma importanti ndaqs.👉Skopri aktar: tfal.org.mt/children-young-people/?lang=en----------------------------------------------------------------------------Ever wondered why it's important to know your rights? 🤔 Let’s see why:🌈 Stay Safe: Knowing your rights helps you recognize when something isn't right. It's like your personal shield to stay safe and protected.🚀 Speak Up: Your rights allow you to share your ideas. Your voice matters, and should be listened to.🎉 Have Fun: Your rights include having fun and enjoying your childhood. So, go ahead and play, explore, and be happy!Knowing your rights is an important step in making your rights a reality. All your Rights are equally important!💪🗺️ 👉Dive Deeper: tfal.org.mt/children-young-people/?lang=en #KnowYourRights ##Childrensrights #YourVoiceMatters #WCD2023 ... See MoreSee Less
View on Facebook