Spazji għat-Tfal
23 ta’ Jannar 2023
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jikkundanna l-inċident li seħħ fi tmiem il-ġimgħa fejn weġġgħu grupp ta’ żgħażagħ li kienu qegħdin il-Belt.
L-Uffiċċju jkompli jisħaq li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom dritt li jiddevertu b’mod sikur. Għandhom ilkollhom aċċess għal postijiet adattati sabiex ikunu jistgħu jissoċjaliżżaw u jiżviluppaw.
Ghandu jkun hemm ukoll aktar solveljanza kemm fit-toroq u f’postijiet ta’ divertiment fejn jingemgħu kemm kbar, żgħażagħ u tfal taħt l-eta’ ta’ 18-il Sena.