It-Tfal fil-Midja

24 ta’ Diċembru 2022

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa mħasseb dwar l-espożizzjoni ta’ dettalji personali tat-tfal fil-midja. Dan imur kontra l-aħjar interessi tat-tfal b’mod partikolari dawk it-tfal f’sitwazzjonijiet vulnerabbli. Dan jista’ jwassal biex it-tfal jerġgħu jkunu trawmatiżżati.

L-Uffiċċju jixtieq jappella lill-operaturi kollha tal-midja sabiex jiverifikaw il-fatti qabel ma jippubblikaw informazzjoni sensittiva u fuq kollox biex jirrispettaw id-dritt tat-tfal għall-privatezza. B’dan il-mogħod it-tfal jkunu protetti u l-professjonisiti jkunu jistgħu jkomplu jaħdmu fl-aħjar interessi tat-Tfal.

Fid-dawl tal-każ riċenti li ġie ppubblikat fil-midja, L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa assigurat li l-entitajiet konċernati qegħdin jaħdmu favur it-tfal u li t-tfal qegħdin jingħataw is-sapport neċessarju. Dan ix-xogħol kien qiegħed isir qabel ma ġie ppubblikat il-każ.