Manifest għat-Tfal 2022

1 ta’ Marzu 2022

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal nieda l-Manifest għat-Tfal 2022. Dan il-Manifest għat-Tfal intbagħat lill-Partiti Politiċi bl-għan li jħeġġiġhom sabiex jagħtu prijorità lid-drittijiet tat-tfal u sabiex jinkludu miżuri konkreti fil-programm elettorali tagħhom. Il-Manifest għat-Tfal jenfasizza n-nuqqasijiet identifikati permezz tar-rapport interim dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali tat-Tfal, li kienet ibbażata fuq il-parteċipazzjoni tat-tfal f’numru ta’ focus groups li saru magħhom.

Il-Manifest ġie mfassal b’kollaborazzjoni mal-Konsulenti Żgħażagħ tal-Uffiċċju u jenfasizza numru ta’ temi. Dawn huma l-Ambjent tad-Dar, il-Benesseri Soċjali, Saħħa u Ambjent, Edukazzjoni u Xogħol; u l-Ħin Liberu u Kultura.  Il-Manifest jinkudi fih ukoll 5 linji gwida sabiex jiżgura l-benesseri tat-tfal f’kampanji politiċi u elettorali.  Il-Manifest għat-Tfal jinstab ukoll fuq il-websajt tal-Uffiċċju www.tfal.org.mt u se jkun imqassasm ukoll fil-jiem li ġejjin.