Adozzjoni
4 ta’ Jannar 2023
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa verament imħasseb dwar il-perċezzjoni lit-tfal li ġew adottati jista’ b’xi mod jerġgħu jiġu ‘rritornati’. Tfal li ġew adottati għandhom drittijiet daqs kwalunkwe tifel jew tifla oħra, id-dritt li jkunu protetti minn kull forma ta’ ħsara, id-dritt li xi ħadd jieħu ħsiebhom u d-dritt li jkollhom trobbija posittiva.
L-adozzjoni hija permanenti u hija responsabilita’ tal-ġenituri adottivi li jassiguraw lit-tfal huma pprovduti b’ambjent sigur sabiex ma jkunx hemm trawmi.
It-tfal għandhom jiġu maħbuba u għadhom jingħataw is-sapport irrispettivament mill-passat jew id-diffikultajiet tagħhom. Il-ġenituri/gwardjan legali u t-tfal li qegħdin jesperjenzaw diffikultajiet għandhom jaċċessaw l-għajnuna kollha li jista’ jkollhom bżonn.