Esibizzjonijiet dwar il-Kaċċa fl-iSkejjel

27 ta’ Jannar 2023

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal huwa mħasseb dwar il-possibilta’ li jsiru esibizzjonijiet dwar il-kaċċa fl-iskejjel. Dawn it-tip ta’ esibizzjonijiet jistgħu, involontarjament, jippromwovu l-użu tal-armi fost it-tfal. L-Uffiċċju japprezza l-fatt li l-kaċċa hija passatemp leġġittima imma din għandha tkun aċċessibbli biss għall-adulti.

Il-Ġenturi għandhom kull dritt li jitkellmu mat-tfal tagħhom dwar dan il-passatemp, dan għandu isir b’mod sigur u adatat għal eta’ tat-tfal. Dawn it-tip ta’ diskussjonijiet għandhom jipprovdu kuntest u gwida għat-tfal u għandna nassiguraw ruħna li jmorru għal kaċċa biss meta jkollhom l-eta’.

L-Uffiċċju m’għandu ebda pożizzjoni jew aġenda dwar il-kaċċa billi din hija barra mill-kompetenza tiegħu. It-tħassib tal-Uffiċċju huwa biss li jiżgura li t-tfal ikunu protetti minn kull ħsara fiżika li tista’ tiġi kkaġunata mill-użu ta’ armi.