Pożizzjoni ta' Senior Officer
3 ta’ Marzu 2026
Senior Officer – Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal (Numru ta’ Permess 180/2026)
Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa:
Persuni interessati f’dan ir-rwol għandu jkollhom livell ta’ edukazzjoni MQF Livell 6 fl-studji tan-Negozju, il-Marketing jew kwalunkwe Social Science u mill-inqas 8 snin esperjenza rilevanti f’kariga simili. Kandidati għandhom ikollhom livell tajjeb ta’ Ingliż kif ukoll tal- Malti u jkollhom kompetenza f’Microsoft Office. Kandidati li għandhom esperjenza fid-dmirijiet u responsabbiltajiet elenkati hawn taħt inkluż procurement u bookkeeping se jkunu mogħtija preferenza.
Ir-rwol:
Ir-rwol tas-Senior Officer huwa estensiv u varjat. Il-persuna magħżula tkun responsabbli, fost affarijiet oħra u kif meħtieġ, għal:
- Immaniġġjar tal-inventarju.
- Koordinazzjoni u proċessar tal-pagi.
- Aġġornament tad-database u s-sistema tal-filing ta’ każijiet u talbiet għal informazzjoni.
- Parteċipazzjoni f’laqgħat/konferenzi/seminars u gruppi ta’ ħidma kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, jekk meħtieġa.
- Imaniġġjar ta’ pagamenti u ġbir ta’ kwotazzjonijiet għall-bżonnijiet tal-Uffiċċju.
- Preparazzjoni u immaniġġjar tal-loġistika tal-ivvjaġġar.
- Ħruġ ta’ sejħiet għall-offerti u kull ħaġa relatata mal-Procurement fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.
- Għajnuna fil-bookkeeping tal-Uffiċċju għal skopijiet ta’ kontabilità.
- Twettiq ta’ dmirijiet bħala l-Uffiċjal maħtur għall-Protezzjoni tad-Data fl-Uffiċċju.
- Jista’ jintalab minn żmien għal żmien biex jappoġġja inizjattivi tal-Uffiċċju.
- Jwettaq dmirijiet oħra relatati kif meħtieġ mill-Kummissarju għat-Tfal u dejjem jippromwovi l-valuri tad-drittijiet tat-tfal fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-Uffiċċju.
Salarju:
Is-salarju għal din il-kariga għall-2026 huwa ta’ €30,869 fis-sena, jiżdied b’żieda annwali ta’ €1651 u inkrementi annwali ta’ €600 sa massimu ta’ €34,469. Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti.
Biex tapplika:
Biex tapplika, ibgħat il-CV tiegħek fuq lorna.muscat@gov.mt sat-12 ta’ Marzu 2026.