Pożizzjoni ta' Senior Officer

7 ta’ Ottubru 2025

Senior Officer – Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal (Numru ta’ Permess 975/2025)

Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa:

Persuni interessati f’dan ir-rwol għandu jkollhom livell ta’ edukazzjoni MQF Livell 6 fil-Komunikazzjoni, studji tan-Negozju, istudji tal-immaniġġjar jew kwalunkwe qasam relatat u mill-inqas 3 snin esperjenza rilevanti f’kariga simili. Kandidati għandhom ikollhom livell tajjeb ta’ Ingliż kif ukoll tal- Malti u jkollhom kompetenza f’Microsoft Office. Kandidati li għandhom esperjenza fid-dmirijiet u responsabbiltajiet elenkati hawn taħt inkluż procurement u bookkeeping se jkunu mogħtija preferenza.

Ir-rwol:

Ir-rwol tas-Senior Officer huwa estensiv u varjat. Il-persuna magħżula tkun responsabbli, fost affarijiet oħra u kif meħtieġ, għal:

  • Immaniġġjar tal-inventarju.
  • Koordinazzjoni u proċessar tal-pagi.
  • Aġġornament tad-database u s-sistema tal-filing ta’ każijiet u talbiet għal informazzjoni.
  • Parteċipazzjoni f’laqgħat/konferenzi/seminars u gruppi ta’ ħidma kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, jekk meħtieġa.
  • Imaniġġjar ta’ pagamenti u ġbir ta’ kwotazzjonijiet għall-bżonnijiet tal-Uffiċċju.
  • Preparazzjoni u immaniġġjar tal-loġistika tal-ivvjaġġar.
  • Ħruġ ta’ sejħiet għall-offerti u kull ħaġa relatata mal-Procurement fl-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal.
  • Għajnuna fil-bookkeeping tal-Uffiċċju għal skopijiet ta’ kontabilità.
  • Twettiq ta’ dmirijiet bħala l-Uffiċjal maħtur għall-Protezzjoni tad-Data fl-Uffiċċju.
  • Jista’ jintalab minn żmien għal żmien biex jappoġġja inizjattivi tal-Uffiċċju.
  • Jwettaq dmirijiet oħra relatati kif meħtieġ mill-Kummissarju għat-Tfal u dejjem jippromwovi l-valuri tad-drittijiet tat-tfal fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-Uffiċċju.

Salarju:

Is-salarju għal din il-kariga għall-2025 huwa ta’ €29,218 fis-sena, jiżdied b’żieda annwali ta’ €800 u inkrementi annwali ta’ €600 sa massimu ta’ €32,818. Dawk li għandhom MQF Livell 7 huma intitolati għal allowance tal-kwalifiki.

Biex tapplika:

Biex tapplika, ibgħat il-CV tiegħek fuq lorna.muscat@gov.mt sal-24 ta’ Ottubru 2025.