Nipproteġu lit-Tfal Minn Influwenzi ta' Ħsara

30 ta’ Marzu 2026

It-tfal kollha għandhom id-dritt li jikbru f’ambjent sigur u b’saħħtu. F’konformità mal-mandat tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-tfal, li jippromwovi u jħares id-drittijiet tat-tfal kif stabbiliti fil-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tat-Tfal, l-Uffiċċju jkompli jħeġġeġ lill-komunitajiet biex jippromwovu stil ta’ħajja tajjeb għas-saħħa fost it-tfal li jinkludi attività fiżika regolari u ikel bnin.

It-tfal għandhom ukoll jiġu protetti minn influwenzi ta’ ħsara u m’għandhomx ikunu esposti għal drawwiet ħżiena bħas-sigaretti, l-alkoħol jew sustanzi illeċiti, li kollha jistgħu jaffettwaw serjament is-saħħa u l-iżvilupp tagħhom. Il-ħarsien tal-benesseri tat-tfal huwa responsabbiltà ta’ kulħadd, ejja naħdmu flimkien biex niżguraw li ma jkunx hemm l-ebda referenza jew assoċjazzjoni, kemm b’mod dirett jew indirett, għall-drawwiet ħżiena bħal kannabis u prodotti relatati sabiex it-tfal jitrabbew f’ambjenti siguri fejn ikunu jistgħu jiffjorixxu u jagħmlu għażliet pożittivi għall-futur tagħhom.