Dritt għal Edukazzjoni
14 ta’ Ottubru 2021
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal ikompli jemfasiżża l-pożizzjoni tiegħu dwar il-jedd li kull tifla u tifel għandu jkollu garanzija ta’ edukazzjoni ta’ kwalita anke fi żmien il-pandemija. L-istess bħalma huma u l-għalliema għandhom id-dritt għas-saħħa. L-edukazzjoni u s-sahha huma żewġ drittijiet fundamentali li għandna nipprovdu għalihom l-istess f’din is-sitwazzjoni.
Il-kwalita fl-edukazzjoni qatt ma għandha titħalla tbati meta jittieħdu miżuri ta’ sikurta tas-saħħa sew jekk l-edukazzjoni qegħda tingħata l-iskola bit-tfal preżenti jew inkella b’mod remot fid-dar.
L-Uffiċċju jappella lil kull min huwa involut fl-edukazzjoni biex iżomm lura u jħalli l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jiddeċiedu huma x’miżuri għandhom jittieħdu meta jfeġġ xi kas ta’ Covid-19 fl-iskejjel. Huma biss dawn l-awtoritajiet li għandhom id-dritt esklussiv u r-responsabbilta li jieħduhom.