Gender Boss

30 ta’ Marzu 2023

Fir-rigward tal-allegat intimidazzjoni li setgħat saret fuq it-tfal li attendew għal produzzjoni teatrali mtellgħa minn ŻiguŻajg, ‘Gender Boss’, l-Uffċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jixtieq jikkjarifika xi punti dwar dak li deher fl-istampa fejn jirrigwarda allegat intmidazzjoni tat-tfal.

L-Uffiċċju gie mitlub minn ADPD biex jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet imwettqa minn membri tal ABBA fuq adulti u tfal li kienu prezenti waqt din il-produzzjoni.
Billi intimidazzjoni hija reat kriminali, l-Uffiċċju irrefera dan l-ilment lill Pulizija ta’ Malta biex tinvestiga peress li hija l-awtorita’li tista’ tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.

L -Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jemmen li kulħadd għandu d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu liberalment u mingħajr intimidazzjoni jew biza ta’ intimidazzjoni.

L -Uffiċċju jixtieq jirrimarka illi fil-waqt li rċieva xi lmenti minn ġenituri li kienu mħassba dwar l-effett li l-kontenut ta’ din il produzzjoni setgha jkollha fuq it-tfal tagħhom , l-Uffiċċju ma’ irċeva l-ebda lment minn ġenituri jew adulti li kienu qed jakkompanjaw tfal li raw jew ġew suġġetti għal xi forma ta’ intimidazzjoni waqt li kienu preżenti għal din il-produzzjoni.