Jum Dinji għall-Prevenzjoni u l-Fejqan mill-Esplojtazzjoni, Abbuż u l-Vjolenza Sesswali fuq it-Tfal

18 ta’ Novembru 2023

It-18 ta’ Novembru hija ġurnata assoċjata mal-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta abbuż u esplojtazzjoni sesswali.  It-tfal kollha għandhom id-dritt li jgħixu ħielsa minn abbuż ta’ dan it-tip li jista’ jħalli effetti dejjiema.

 

Fl-2015, il-Kunsill tal-Ewropa iddikjara din il-ġurnata, bħala dik Ewropea għall-Protezzjoni tat-Tfal minn kull forma ta Abbuż u Esplojtazzjoni Sesswali. Mis-sena li għaddiet, l-Assemblea Generali tal-Ġnus Magħquda iddikjarat lit-18 ta’ Novembru huwa l-Jum Dinji għall-prevenzjoni u l-fejqan mill-Esplojtazzjoni, Abbuż u l-Vjolenza Sesswali fuq it-Tfal.

 

Din il-ġurnata tfakkar, lil dawk li jaħdmu favur l-aħjar interessi tat-tfal, sabiex iġeddu l-impenn tagħhom sabiex jipprevjenu u jeliminaw l-esplojtazzjoni, l-abbuż u l-vjolenza kemm onlajn u offlajn. Dan jista’ isir permezz ta’ edukazzjoni ta’ kwalita’ u għarfien xieraq. It-tfal, minn eta żgħira, iridu jiġu mgħallma dwar kif ċertu aġir jista’ jwassal għall-abbuż.

 

Din is-sena, il-Jum Ewropew ħa jkun qed jiffoka fuq ‘Kif it-tagħlim mingħand il-vittimi/superstiti tal-vjolenza sesswali fuq it-tfal jistgħu jispiraw il-bidla fil-politika’. Huwa importanti li niddiskutu ma’ vittmi u superstiti ta’ dan it-tip ta’ abbuż sabiex inkunu nistgħu nitgħallmu mill-esperjenzi trawmatiċi tagħhom u nagħtuhom is-sapport neċessarju. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jagħmel parti mill-Kumitat ta’ Lanzarote li huwa responsabbli għall-moniteraġġ tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tat-Tfal mill-Esplojtazzjoni u Abbuż sesswali.

Il-maġġoranza ta’ dawn il-każiijiet ta’ abbuż li jsir fuq it-tfal, ikunu saru min xi ħadd fiċ-ċirku ta’ fiduċja tagħhom. Meta jseħħ l-abbuż permezz ta’ persuna li jafu, jafdaw u anke jħobbu, huwa diffiċli ferm għat-tfal li jitkellmu dwar dan l-abbuż. Huwa essenzjali li dawk li jwettqu dan it-tip ta’ abbuż jiġu nvestigati kif ukoll tiġi pprovdutha l-protezzjoni u l-assistenza neċessarja lit-tfal sabiex nipprevjenu l-istigmatizazzjoni, nippromwovu l-fejqan, nsaħħu d-dinjita’ u nipproteġu d-drittijiet.

Sabiex infakkru din il-ġurnata u nipprevjenu dan it-tip ta’ abbuż, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, qiegħed iqassam il-publikazzjoni maħruġa mill-Kunsill tal-Ewropa, ‘Kiko u l-Id’, lit-tfal kollha ta’ Kinder 2.  Din hija storja li tista’ tintuża bħala għodda mill-ġenituri u edukaturi sabiex jindirizzaw dan is-suġġett b’mod li jkun xieraq għat-tfal ta’ dik l-eta’.