Protezzjoni tat-Tfal

23 ta’ Novembru 2022

Fid-dawl tad-delitt li seħħ il-bieraħ, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, jħeġġeġ l-awtoritajiet ikkonċernati biex jieħdu azzjoni immedjata biex ma jseħħux iktar traġedji bħal dawn. L-Qrati għandhom jingħataw riżorsi adekwati biex jinstemgħu dawn il-każijiet kemm jista’ ikun malajr sabiex jitnaqqas l-impatt negattiv fuq it-tfal u l-familji tagħhom. Għandu isir iktar sforz biex jiġu implementati miżuri ta’ prevenzjoni iktar effettivi.